Hierarchy view
This concept is obsolete
Impjiegi
Il-pilastru tal-impjiegi tal-ESCO huwa mibni fuq l-ISCO-08 li sservi bħala l-istruttura ġerarkika tagħha. L-ISCO-08 tipprovdi l-ogħla erba’ livelli għall-pilastru tal-impjiegi u l-impjiegi tal-ESCO jinsabu fil-livell 5 u fil-livelli aktar baxxi. Fl-ESCO, kull impjieg jiġi mmappjat eżattament ma’ kodiċi tal-ISCO-08.
Il-kunċetti kollha tal-impjiegi fihom terminu preferut wieħed u għadd ta’ termini mhux preferuti u moħbija li jvarjaw bejn it-28 lingwa tal-ESCO. Impjieg tal-ESCO jinkludi informazzjoni addizzjonali (metadata) bħal deskrizzjonijiet, noti tal-iskop u informazzjoni dwar aspetti regolatorji. Barra minn hekk, kull profil ta’ impjieg jelenka l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li l-esperti kkunsidraw rilevanti għal dan l-impjieg.