Hierarchy view
Il-pilastru tal-ħiliet tal-ESCO jiddistingwi bejn i) kunċetti ta’ ħiliet/kompetenzi u ii) kunċetti ta’ għarfien billi jindika t-tip ta’ ħiliet. Madankollu, ma hemm l-ebda distinzjoni bejn ħiliet u kompetenzi. Kull wieħed minn dawn il-kunċetti għandu għadd ta’ termini mhux preferuti bis-27 lingwa tal-ESCO. Kull kunċett jinkludi wkoll spjegazzjoni fl-għamla ta’ deskrizzjoni.
Il-pilastru tal-ħiliet tal-ESCO fih 13,485 kunċett strutturati f’ġerarkija li fiha erba’ sottoklassifikazzjonijiet. Kull sottoklassifikazzjoni għandha fil-mira tipi differenti ta’ kunċetti ta’ għarfien u ta’ ħiliet/kompetenzi:
- Għarfien
- Ħiliet
- Attitudnijiet u valuri
- Ħiliet u għarfien lingwistiċi
Barra minn hekk, flimkien mal-ġerarkija, is-sottosettijiet ta’ ħiliet jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’:
- Ġerarkija ta’ ħiliet trasversali
- Ġabra ta’ lingwi
- Ġabra ta’ ħiliet diġitali
Il-ġerarkija tal-ħiliet tal-ESCO tinsab fi proċess kontinwu ta’ titjib. Jekk jogħġobkom aqsmu l-feedback tagħkom rigward il-kwalità tal-ħiliet u tal-gruppi ta’ ħiliet permezz tal paġna ta’ kuntatt tagħna.
Avviż rigward id-drittijiet tal-awtur: Il-ġerarkija tal-ħiliet tal-ESCO hija parzjalment ibbażata fuq elementi tal-klassifikazzjoni eżistenti tal-O*Net u l-glossarju Kanadiż tal-ħiliet u tal-għarfien. Għal iktar informazzjoni kklikkja hawn.
O*NET OnLine hija pprovduta mid-Dipartiment tax-Xogħol, tal-Impjieg u tal-Amministrazzjoni tat-Taħriġ tal-Istati Uniti (USDOL/ETA). Tintuża fil-qafas tal-liċenzja CC BY 4.0 O*NET® hija trademark tal-USDOL/ETA.
Il Skills and Knowledge Checklist hija pprovduta mill-Gvern tal-Kanada. Il-Gvern tal-Kanada attwalment qed jiżviluppa oqfsa u prodotti biex jiddefinixxu u jiddeskrivu aħjar il-kompetenzi, u fosthom it- Skills and Competencies Taxonomy hija l-ewwel mezz disponibbli pubblikament.