Hierarchy view
This concept is obsolete
Ħiliet
Il-pilastru tal-ħiliet jipprovdi lista komprensiva ta’ għarfien, ta’ ħiliet u ta’ kompetenzi rilevanti għas-suq tax-xogħol Ewropew. Fl-ESCO v1.2.0, il-pilastru tal-ħiliet huwa strutturat f’ġerarkija li fiha l-erba’ subklassifikazzjonijiet li ġejjin:
- Attitudni u valuri
- Għarfien
- Ħiliet u għarfien lingwistiċi
- Ħiliet
Il-pilastru tal-ħiliet tal-ESCO jiddistingwi bejn i) il-kunċetti tal-ħiliet/kompetenzi u ii) il-kunċetti tal-għarfien billi jindika t-tip ta’ ħila. Madankollu, ma hemm l-ebda distinzjoni bejn il-ħiliet u l-kompetenzi.
Kull wieħed minn dawn il-kunċetti għandu terminu preferut wieħed u għadd ta’ termini mhux preferuti f’kull waħda mit-28 lingwa tal-ESCO. L-ESCO tipprovdi wkoll spjegazzjoni (metadata) għal kull profil tal-ħiliet bħal deskrizzjoni, nota tal-iskop, livell tar-riużabbiltà, u r-relazzjonijiet (ma’ ħiliet oħra u mal-impjiegi).
Il-ġerarkija tal-ħiliet tal-ESCO tinsab fi proċess kontinwu ta’ titjib. Jekk jogħġobkom aqsmu l-feedback tagħkom rigward il-kwalità tal-ħiliet u tal-gruppi ta’ ħiliet permezz tal-paġna ta’ kuntatt tagħna.