Din l-API hija l-verżjoni li tista’ titniżżel tal-API tal-ESCO, li tista’ tiġi installata lokalment fuq kompjuter jew server u b’hekk tipprovdi aċċess lokali għall-API tal-ESCO. Meta mqabbel mal-użu tal-API tal-ESCO ospitat mill-Kummissjoni, il-vantaġġ li tiġi installata l-API tal-ESCO lokalment huwa prestazzjoni akbar u l-indipendenza mid-disponibbiltà tas-servizz ipprovdut mill-Kummissjoni.
L-API tal-ESCO lokali tista’ tiġi aċċessata mit-taqsima tat-tniżżil billi tagħżel local_api bħala tip ta’ kontenut.