Skip to main content

Show filters

Hide filters

See all filters
3008
impjiegi

Il-pilastru tal-impjiegi hu wieħed mit-tliet pilastri tal-ESCO. Hu jorganizza l-kunċetti tal-impjieg fl-ESCO. Hu juża relazzjonijiet ġerarkiċi bejniethom, kemm metadejta kif ukoll immappjar għall-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO) sabiex jistruttura l-impjiegi.

Kull kunċett ta’ impjieg fih terminu preferut u kwalunkwe numru ta’ termini mhux preferuti u termini moħbijin f’kull waħda mil-lingwi tal-ESCO.

Kull impjieg jiġi wkoll bi profil ta’ impjieg. Il-profili fihom spjegazzjoni tal-impjieg u l-forma tad-deskrizzjoni, nota tal-iskop u definizzjoni. Barra minn hekk, huma jelenkaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li l-esperti jikkunsidraw bħala terminoloġija rilevanti għal dan l-impjieg fuq skala Ewropea.

Fl-ESCO, kull impjieg hu mmappjat eżattament għall-kodiċi ISCO-08 waħda. Għalhekk l-ISCO-08 tista’ tintuża bħala struttura ġerarkika għall-pilastru tal-impjiegi. L-ISCO-08 tipprovdi l-erba’ livelli ta’ fuq għall-pilastru tal-impjiegi. L-impjiegi tal-ESCO jinsabu fil-livell 5 u anqas.