Skip to main content
Klassifikazzjoni Ewropea ta’ ħiliet/kompetenzi, kwalifiki u impjiegi (ESCO)

EURES u ESCO

 

Il-konnessjoni bejn il-EURES u l-ESCO hija stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2016/589, li għandu l-għan li jippromwovi l-mobbiltà tal-ħaddiema intra-UE. Sabiex tiġi promossa aktar il-mobbiltà tal-ħaddiema, jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol vakanti u l-profili tal-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg u jiġi żgurat tqabbil ta’ kwalità għolja bejn il-lingwi u l-kuntesti nazzjonali, ir-Regolament (UE) 2016/589 jistipula li l-Kummissjoni tiżviluppa klassifikazzjoni Ewropea għal dan il-għan.
 
 
 
Kif previst bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/1020, din il-klassifikazzjoni ssir mil-lista ta’ impjiegi, ta’ ħiliet u ta’ kompetenzi mill-verżjoni 1.0 tal-ESCO. Għalhekk, l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/589 jipprevedi l-obbligu legali tal-Istati Membri li jadottaw l-ESCO jew li jimmappjaw il-klassifikazzjonijiet nazzjonali tagħhom mal-ESCO, fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex jimmappjaw jew jimplimentaw l-ESCO. Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-paġna ddedikata tal-ESCOpedia. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/1021 tipprevedi li dawn it-tabelli ta’ korrispondenza jridu jkunu strutturati abbażi ta’ standards u ta’ formati tekniċi speċifiċi.
 
 
 
Kif previst bir-Regolament dwar il-EURES, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika t-tabelli tal-immappjar bejn il-klassifikazzjoni tal-ESCO u l-klassifikazzjonijiet nazzjonali tal-EURES. Il-fajls jistgħu jitniżżlu billi tikklikkja fuq l-isem tal-pajjiż li tkun għażilt. Il-pajjiżi li ma jkunux fil-lista jew ikunu adottaw l-ESCO jew ikunu għadhom ma ppreżentawx it-tabella tal-immappjar tagħhom.
 
 
 
Ftakar li t-tabelli tal-immappjar miksuba minn dan is-sit web huma fil-format CSV. Għalhekk, dawn jistgħu jinfetħu jew bi programm li juri l-ispreadsheets jew bi kwalunkwe editur tat-test. Peress li l-fajls ikunu f’diversi lingwi, jaf ikun hemm bżonn xi kkowjdar partikolari biex tkun tista’ tara l-kontenut b’mod effettiv. Jekk ikollok bżonn xi għajnuna teknika, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: EMPL-ESCO-SECRETARIAT@ec.europa.eu.

Biex tniżżel il-fajl, ikklikkja fuq l-isem tal-pajjiż li tkun għażilt.

Austria

Occupations

ESCO version: 1.0.8

Croatia

Occupations

ESCO version: v1.0.3

Estonia

Occupations

ESCO version: v1.0.8

France

Occupations

ESCO version: v1.0.9

France

Occupations

ESCO version: v1.1

Italy

Occupations

ESCO version: v1.0.8

Latvia

Occupations

ESCO version: v1.0.8

Norway

Occupations

ESCO version: v.1.0.8

Poland

Occupations

ESCO version: v.1.0.3

Portugal

Occupations

ESCO version: v.1.0.3

Romania

Occupations

ESCO version: v.1.0.8

Slovakia

Occupations

ESCO version: v.1.0.8

Slovenia

Occupations

ESCO version: v.1.0.8

Spain

Occupations

ESCO version: v.1.0.8

Sweden

Occupations

ESCO version: v.1.0.8

Sweden

Skills

ESCO version: v.1.1.1

Sweden

Occupations

ESCO version: v.1.1.1