Skip to main content
Klassifikazzjoni Ewropea ta’ ħiliet/kompetenzi, kwalifiki u impjiegi (ESCO)

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tuża teknoloġiji tax-xjenza tad-data biex tappoġġa l-ħidma li saret mill-esperti biex iżommu u jtejbu l-ESCO, u biex tiffaċilita l-użu tal-klassifikazzjoni għall-implimentaturi. 


Abbażi ta’ tekniki mill-oqsma tal-istatistika, tal-analiżi tad-data, tat-tagħlim awtomatiku u tal-intelliġenza artifiċjali, il-Kummissjoni qiegħda tfittex li ttejjeb l-attivitajiet attwali u li tipprovdi liċ-ċittadini bl-aħjar għodod, permezz ta’ verżjonijiet imtejba tas-servizzi attwali.
 

Din it-taqsima tal-portal tipprovdi għarfien dwar kif l-ESCO qiegħda timmassimizza dawn it-teknoloġiji. Nistednuk tesplora l-każijiet ta’ użu differenti permezz tal-posts tal-blogg tagħna kif ippreżentati fuq ix-xellug. Tista’ ssir taf aktar, tniżżel ir-rapporti u tipprova inti stess permezz ta’ diversi viżwalizzazzjonijiet interattivi.


Jekk inti interessat(a) li ssir taf aktar dwar ix-Xjenza tad-Data u l-ESCO, jew jekk inti implimentatur tal-ESCO u tixtieq taqsam il-feedback tiegħek, jekk jogħġbok agħmel kuntatt permezz tal-email fuq EMPL-ESCO-SECRETARIAT@ec.europa.eu.