Il-pilastru tal-impjiegi huwa wieħed miż-żewġ pilastri tal-ESCO. Dan jorganizza l-kunċetti tal-impjiegi fl-ESCO. Juża relazzjonijiet ġerarkiċi bejniethom, metadata, kif ukoll immappjar għall-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO) sabiex jistruttura l-impjiegi.
Impjiegi
Il-pilastru tal-ħiliet tal-ESCO jiddistingwi bejn i) kunċetti ta’ ħiliet/kompetenzi u ii) kunċetti ta’ għarfien billi jindika t-tip ta’ ħila. Madankollu, ma hemm l-ebda distinzjoni bejn ħiliet u kompetenzi. Kull wieħed minn dawn il-kunċetti għandu terminu preferut wieħed u għadd ta’ termini mhux preferuti bis-28 lingwa tal-ESCO. Kull kunċett jinkludi wkoll spjegazzjoni f’forma ta’ deskrizzjoni.
Ħila u Kompetenzi
Il-kwalifiki huma l-eżitu formali ta’ proċess ta’ valutazzjoni u validazzjoni li jinkiseb meta korp kompetenti jiddetermina li individwu jkun kiseb l-eżiti tat-tagħlim sa standards partikolari. Issa l-informazzjoni dwar il-kwalifiki fil-livell Ewropew tintwera fil-Europass, u tiġi minn bażijiet tad-data ta’ kwalifiki nazzjonali li jirriflettu l-Oqfsa Nazzjonali tal-Kwalifiki li huma proprjetà tal-Istati Membri Ewropej u ġestiti minnhom.
Kwalifiki