Skip to main content
Klassifikazzjoni Ewropea ta’ ħiliet/kompetenzi, kwalifiki u impjiegi (ESCO)

Jeħtieġ li l-ESCO tittejjeb kontinwament biex tibqa’ bħala valur miżjud fis-suq tax-xogħol u fis-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ, hekk kif qegħdin jintalbu impjiegi u ħiliet ġodda b’mod regolari mill-impjegaturi, u qegħdin jiġu introdotti ukoll b’mod regolari bidliet fil-kurrikuli u fit-terminoloġija tal-programmi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ.  Biex jiġu indirizzati dawn il-bidliet huwa importanti li wieħed jikkondividi ta’ spiss il-feedback, is-suġġerimenti u l-proposti dwar kif jistgħu jittejbu l-kontenut u l-ġestjoni tal-klassifikazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jużaw l-ESCO u ma’ partijiet ikkonċernati oħra tal-ESCO.